Kemm jekk il-vjaġġ tiegħek jibda mid-DNA kif ukoll jekk jibda mill-istorja tal-familja, irridu li kulħadd iħossu milqugħ fil-komunità tagħna. Biex il-komunità tagħna żżomm lin-nies, tibqa’ sikura u xierqa għal kulħadd, ir-regoli li ġejjin jiċċaraw x’inhu u x’mhux permess fuq Ancestry. Jekk tiltaqa’ ma’ xi ħaġa li tikser dawn ir-regoli, jekk jogħġbok infurmana ħalli nagħmlu l-almu tagħna biex nindirizzaw is-sitwazzjoni. Aħna dejjem napprezzaw kull kumment li jista’ jkollok biex tgħinna nagħmlu Ancestry ambjent sikur u komdu għal kulħadd.
Aċċess għas-Sit u Sigurtà
Meta tuża l-kont ta’ Ancestry tiegħek jew kwalunkwe Servizz ta’ Ancestry, inti:
- Trid tikkonforma mal-liġijiet applikabbli kollha.
- Irid ikollok kont ta’ Ancestry tiegħek, u tagħżel isem tal-utent u password uniċi.
- Ma tista taqsam il-password tal-kont ta’ Ancestry tiegħek ma’ ebda persuna oħra.
- Ma tistax tħalli lil tfal li għandhom inqas minn 13-il sena jippubblikaw informazzjoni jew itellgħu kontenut permezz tal-kont ta’ Ancestry tiegħek.
- Trid tipprovdi informazzjoni ta’ kuntatt valida u kompluta, inkluż indirizz tal-email validu.
- Ma tistax tagħżel isem tal-utent li jesprimi mibgħeda, huwa oxxen, jew li mhuwiex xieraq b’xi mod ieħor, kif iddeterminat minn Ancestry, skont kif jidhrilha.
- Qatt ma għandek tippreżenta identità falza, la lil Ancestry u lanqas lil utenti oħra.
- Qatt ma għandek tinterferixxi jew tipprova tinterferixxi mas-Servizzi, inkluż billi tuża kwalunkwe programm ta’ software, virus, jew rutina biex tibblokkja, taħbi, timmodifika kwalunkwe Kontenut jew paġni web ta’ Ancestry, jew teqred is-software, il-hardware, jew it-tagħmir ta’ telekomunikazzjoni ta’ persuna oħra.
Sikurezza tal-Komunità
Meta tuża l-kont ta’ Ancestry tiegħek jew kwalunkwe Servizz ta’ Ancestry, inti ma tistax:
- Tippowstja jew taqsam kontenut li huwa illegali, ta’ theddida, ta’ dannu, abbużiv, jew b’xi mod ieħor oġġezzjonabbli, inkluż kontenut jew komunikazzjonijiet li huma degradanti, jimmalafamaw, vulgari, jesprimu mibegħda, libellużi, frodulenti, oxxeni, pornografiċi, sesswalment espliċiti, sessisti, razzisti, jew jinvadu l-privatezza ta’ ħaddieħor.
- Issegwi b’mod persistenti u bil-moħbi, tiffastidja, thedded jew verbalment tattakka lil kwalunkwe utent jew impjegat ta’ Ancestry, jew tabbuża mir-riżorsi ta’ Ancestry, bħal billi taħli l-ħin ta’ impjegat ta’ Ancestry.
- Tippowstja kwalunkwe informazzjoni jew komunikazzjoni li taf li hija falza jew qarrieqa, inkluż li tippretendi li int persuna oħra, tagħti idea ħażina tal-affiljazzjoni tiegħek ma' kwalunkwe persuna jew entità (inkluża Ancestry), tiddikjara b’mod falz approvazzjoni li m’għandekx, jew li tigdeb li inti impjegat jew rappreżentant ta’ Ancestry jew tal-familja ta’ kumpaniji tagħha.
- Tippowstja jew taqsam kontenut li fih informazzjoni personali, proprjetarja, jew kunfidenzjali ta’ kwalunkwe persuna, bħal ritratti ta’ individwi ħajjin, informazzjoni finanzjarja sensittiva, jew l-indirizz, in-numru tat-telefown, jew l-indirizz tal-email ta’ persuna mingħajr il-permess tagħha. F’każ ta’ minorenni, trid tikseb il-kunsens tal-ġenitur jew il-kustodju tagħhom.
Ir-Rispett għall-Proprjetà Intellettwali
Meta tuża l-kont ta’ Ancestry tiegħek u s-Servizzi ta’ Ancestry, inti ma tistax:
- Tippowstja jew taqsam kontenut li huwa protett bid-drittijiet tal-awtur jew bi trademark, jew li ma jappartjenix lilek, inklużi stampi u dokumenti storiċi ppowstjati minn utenti oħra, sakemm ma jkollokx permess espliċitu mis-sid tad-drittijiet tal-awtur jew tat-trademark għal tali kontenut. Aqra l-Politika dwar id-Drittijiet tal-Awtur tagħna għal aktar informazzjoni.
- Tirriproduċi, twettaq inġinerija inversa, jew tbigħ kwalunkwe porzjon tas-Servizzi ta’ Ancestry (inklużi l-kittijiet tal-ittestjar ta’ AncestryDNA) jew il-Kontenut ta’ Ancestry, jew tniżżel dejta b’mod sistematiku minn bażijiet tad-dejta ta’ Ancestry biex tagħmel jew timla bażi tad-dejta oħra għal kwalunkwe skop ieħor.
- Toħloq “deep link” jew frame, inline link, jew mera ta’ kwalunkwe parti mis-Servizzi ta’ Ancestry mingħajr il-permess bil-miktub ta’ Ancestry.
L-Ispamming Mhuwiex Permess
Ma tistax tuża l-kont ta’ Ancestry tiegħek jew is-Servizzi ta’ Ancestry (jew kwalunkwe informazzjoni miksuba permezz tas-Servizzi) biex tippowstja jew tagħmel disponibbli kwalunkwe reklamar, materjal promozzjonali, junk mail, spam, chain letters, jew kwalunkwe forma oħra ta’ solleċitazzjoni.
Find a Grave (Sib Qabar)
Meta tuża Find a Grave, jekk jogħġbok żomm f'moħħok dawn ir-regoli addizzjonali:
- Tabbużax mill-għodod biex tissuġġerixxi korrezzjonijiet jew żidiet jew biex tibgħat messaġġi lil membri oħra Find a Grave dwar monumenti li jimmaniġġjaw.
- Jekk jogħġbok kun sensittiv/a għat-tifsiriet kulturali differenti tal-postijiet tad-dfin, iċ-ċimiterji, u l-mejjet/mejta. Aħna nirrikonoxxu li xi komunitajiet Indiġeni jfittxu li jonoraw u jimmarkaw l-oqbra tagħhom, filwaqt li oħrajn ma jixtiequx li l-oqbra tagħhom jinstabu, jiġu fotografati jew ippostjati pubblikament. Tippowstjax, tittrasmettix, jew turi kontenut meħud minn, jew li jappartjeni għal artijiet u/jew membri tal-indiġeni Amerikani rikonoxxuti federalment u/jew mill-istat mingħajr il-kunsens u l-permess espress tal-komunità, in-nies jew in-nazzjon tribali rispettivi u affiljati, jew sakemm ma tkunx ċittadin jew rappreżentant awtorizzat tal-imsemmi nazzjon tribali.
Dettalji Legali
Ir-Regoli tal-Komunità ta’ Ancestry japplikaw għall-utenti kollha tas-Servizzi ta’ Ancestry (inklużi Ancestry.com, AncestryDNA, Newspapers.com, Fold3, We Remember, u siti elettroniċi u apps tal-mowbajl oħra ta’ Ancestry) u huma maħsuba biex jipproteġu lilek u lill-komunità kollha ta’ Ancestry. Kwalunkwe terminu b’ittri kapitali użat f’dawn ir-Regoli għandu l-istess tifsira kif stabbilita fit-Termini u l-Kundizzjonijiet u d-Dikjarazzjoni tal-Privatezza ta’ Ancestry.
Din il-lista ta’ mġiba pprojbita mhijiex eżawrenti. Ancestry tipprojbixxi lill-utenti tas-Servizzi milli jipparteċipaw fi kwalunkwe attività li Ancestry, skont id-diskrezzjoni unika tagħha, tiddetermina li hija offensiva, tinterferixxi mad-drittijiet ta’ ħaddieħor, jew tikkawża dannu lil kwalunkwe persuna jew entità. Ancestry ma tistax tinżamm responsabbli għall-kontenut li l-utenti tagħna joħolqu u jaqsmu fil-komunità, iżda aħna nirriżervaw id-dritt li nneħħu kwalunkwe post jew kumment li jiksru dawn ir-regoli jew it-Termini u l-Kundizzjonijiet tagħna.
Ksur jew kontravenzjonijiet serji jew ripetuti se jkunu soġġetti għal terminazzjoni tal-kont tal-utent responsabbli, skont id-deskrizzjoni unika ta’ Ancestry.